1. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandu jkollhom fis-seħħ, politiki, proċeduri u kontrolli interni sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur u b’mod partikolari biex:
(a) | itaffu u jimmaniġjaw b’mod effettiv ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu identifikati fil-livell tal-Unjoni, tal-Istat Membru u tal-entità marbuta b’obbligu; |
(b) | minbarra l-obbligu li jiġu applikati sanzjonijiet finanzjarji mmirati, jittaffew u jiġu maniġġati r-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati |
Dawk il-politiki, proċeduri u kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu proporzjonati man-natura tan-negozju, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu u d-daqs tal-entità marbuta b’obbligu u għandhom ikopru l-attivitajiet kollha tal-entità marbuta b’obbligu li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
(a) | il-politiki u l-proċeduri interni, inkluż b’mod partikolari:
|
(b) | kontrolli interni u funzjoni ta’ awditjar indipendenti għall-ittestjar tal-politiki u l-proċeduri interni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u l-kontrolli fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu; Fin-nuqqas ta’ funzjoni ta’ awditjar indipendenti, l-entitajiet marbutin b’obbligu jista’ jkollhom dan it-test imwettaq minn espert estern. |
Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rreġistrati bil-miktub. Il-politiki interni għandhom jiġu approvati mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni. Il-proċeduri u l-kontrolli interni għandhom jiġu approvati mill-anqas fil-livell tal- maniġer tal-konformità.
3. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu l-politiki interni, il-proċeduri u l-kontrolli aġġornati, u jsaħħuhom fejn jiġu identifikati dgħufijiet.
4. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar l-elementi li għandhom iqisu l-entitajiet marbutin b’obbligu, abbażi tan-natura tan-negozju tagħhom, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu, u d-daqs tagħhom, meta tiddeċiedi rigward il-firxa tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-persunal allokat għall-funzjonijiet ta’ konformità. Dawk il-linji gwida għandhom jidentifikaw ukoll sitwazzjonijiet fejn, minħabba n-natura u d-daqs tal-entità marbuta b’obbligu:
(i) | il-kontrolli interni għandhom jiġu organizzati fil-livell tal-funzjoni kummerċjali, tal-funzjoni tal-verifika tal-konformità u tal-funzjoni tal-awditjar; |
(ii) | il-funzjoni tal-awditjar indipendenti tista’ titwettaq minn espert estern. |