Sal-10 ta’ Lulju 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvalutaw in-neċessità u l-proporzjonalità ta’:
(a) | tnaqqis tal-livell limitu ta’ 25 % għall-identifikazzjoni tas-sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet ġuridiċi permezz tal-interess proprjetarju; |
(b) | l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-oġġetti ta’ valur għoli biex jiġu inklużi ħwejjeġ u aċċessorji ta’ valur għoli; |
(c) | l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-divulgazzjonijiet ibbażati fuq livell limitu skont l-Artikolu 74 biex ikopri l-bejgħ ta’ oġġetti oħra, tal-introduzzjoni ta’ formati armonizzati għar-rapportar ta’ dawk it-tranżazzjonijiet abbażi tal-utilità ta’ dawk ir-rapporti għall-FIUs, u tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni miġbura minn persuni li jinnegozjaw f’żoni ta’ kummerċ ħieles; |
(d) | aġġustament tal-limitu għal pagamenti kbar fi flus kontanti. |