Artikolu 87 – Rieżami

Sal-10 ta’ Lulju 2032, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-ewwel rieżami għandu jinkludi valutazzjoni ta’:

(a)

is-sistemi nazzjonali għar-rapportar ta’ suspetti skont l-Artikolu 69 u l-ostakli u l-opportunitajiet biex tiġi stabbilita sistema unika ta’ rapportar fil-livell tal-Unjoni;

(b)

l-adegwatezza tal-qafas ta’ trasparenza tas-sjieda benefiċjarja biex jittaffew ir-riskji assoċjati ma’ entitajiet ġuridiċi u arranġamenti ġuridiċi.

Scroll to Top