1. Il-membri tas-sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jistgħu jikkondividu informazzjoni bejniethom fejn ikun strettament meħtieġ għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi skont il-Kapitolu III u l-Artikolu 69 u f’konformità mad-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji proċedurali ġudizzjarji.
2. L-entitajiet marbutin b’obbligu li beħsiebhom jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet superviżorji rispettivi tagħhom li għandhom jivverifikaw, fejn ikun rilevanti f’konsultazzjoni ma’ xulxin u mal-awtoritajiet inkarigati mill-verifika tal-konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, li s-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jkollha mekkaniżmi fis-seħħ biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan l-Artikolu u li tkun saret il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (h). Il-verifika għandha ssir qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkonsultaw ukoll lill-FIUs.
Ir-responsabbiltà għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali għandha tibqa’ f’idejn il-parteċipanti fis-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.
3. L-informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha tkun limitata għal:
(a) | informazzjoni dwar il-klijent, inkluż kwalunkwe informazzjoni miksuba matul l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-klijent u, fejn ikun rilevanti, tas-sid benefiċjarju tal-klijent; |
(b) | informazzjoni dwar l-għan u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju u tat-tranżazzjoni okkażjonali bejn il-klijent u l-entità marbuta b’obbligu, kif ukoll, fejn japplika, is-sors tal-ġid u s-sors tal-fondi tal-klijent; |
(c) | informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tal-klijenti; |
(d) | informazzjoni dwar fatturi ta’ riskju ogħla u aktar baxxi assoċjati mal-klijent; |
(e) | l-analiżi tal-entità marbuta b’obbligu tar-riskji assoċjati mal-klijent skont l-Artikolu 20(2); |
(f) | informazzjoni miżmuma mill-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 77(1); |
(g) | informazzjoni dwar suspetti skont l-Artikolu 69. |
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi skambjata biss sa fejn ikun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet tas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.
4. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-kuntest ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni:
(a) | l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jirreġistraw l-istanzi kollha ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan is-sħubija; |
(b) | l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx iserrħu biss fuq l-informazzjoni li jirċievu fil-kuntest tas-sħubija biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
(c) | l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx jaslu għal konklużjonijiet jew jieħdu deċiżjonijiet li jkollhom impatt fuq ir-relazzjoni tan-negozju mal-klijent jew fuq it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali għall-klijent abbażi ta’ informazzjoni riċevuta minn parteċipanti oħra fis-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni mingħajr ma jkunu vvalutaw dik l-informazzjoni; kwalunkwe informazzjoni riċevuta fil-kuntest tas-sħubija li tintuża f’valutazzjoni li tirriżulta f’deċiżjoni li tinċaħad jew tintemm relazzjoni tan-negozju jew li titwettaq tranżazzjoni okkażjonali għandha tiġi inkluża fir-rekords miżmuma skont l-Artikolu 21(3), u dak ir-rekord għandu jkun fih referenza għall-fatt li l-informazzjoni oriġinat minn sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni; |
(d) | l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom stess tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu lill-klijenti sabiex jivvalutaw liema jistgħu jkunu relatati ma’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew jinvolvu rikavat minn attività kriminali; |
(e) | l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, inkluż miżuri li jippermettu l-psewdonimizzazzjoni, biex jiżguraw livell ta’ sigurtà u kunfidenzjalità proporzjonat man-natura u l-firxa tal-informazzjoni skambjata; |
(f) | il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni għandha ssir biss fir-rigward ta’ klijenti li:
|
(g) | l-informazzjoni ġġenerata bl-użu ta’ intelliġenza artifiċjali, teknoloġiji tat-tagħlim awtomatiku jew algoritmi tista’ tiġi kondiviża biss meta dawk il-proċessi jkunu soġġetti għal sorveljanza umana adegwata; |
(h) | qabel l-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(i) | l-awtoritajiet kompetenti li jkunu membri ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jiksbu, jipprovdu u jiskambjaw informazzjoni biss sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali; |
(j) | meta l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (44)(c), ta’ dan ir-Regolament jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, huma għandhom jiksbu, jipprovdu jew jiskambjaw biss data personali u informazzjoni operazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Id-Direttiva (UE) 2016/680 (ĠU L 119) u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi proċedurali kriminali nazzjonali, inkluż awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel jew kwalunkwe salvagwardja proċedurali nazzjonali oħra kif meħtieġ; |
(k) | l-iskambju ta’ informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi skont il-paragrafu 3, il-punt (g), ta’ dan l-Artikolu għandu jseħħ biss meta l-FIU li lilha jkun ġie ppreżentat ir-rapport dwar tranżazzjoni suspettuża skont l-Artikoli 69 jew 70 tkun qablet ma’ tali divulgazzjoni. |
5. L-informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni ma għandhiex terġa’ tintbagħat, ħlief jekk:
(a) | l-informazzjoni tiġi pprovduta lil entità marbuta b’obbligu oħra skont l-Artikolu 49(1); |
(b) | l-informazzjoni tkun ser tiġi inkluża f’rapport ippreżentat lill-FIU jew provduta bi tweġiba għal talba tal-FIU skont l-Artikolu 69(1); |
(c) | l-informazzjoni tiġi pprovduta lill-AMLA skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2024/1620; |
(d) | l-informazzjoni tintalab mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji, soġġett għal kwalunkwe awtorizzazzjoni minn qabel jew garanziji proċedurali oħra kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali. |
6. L-entitajiet marbutin b’obbligu li jipparteċipaw fi sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jiddefinixxu l-politiki u l-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-politiki u l-proċeduri interni tagħhom stabbiliti skont l-Artikolu 9. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom:
(a) | jispeċifikaw il-valutazzjoni li jkollha ssir biex tiddetermina l-firxa tal-informazzjoni li trid tiġi kondiviża, u fejn ikun rilevanti għan-natura tal-informazzjoni jew is-salvagwardji ġudizzjarji applikabbli, jipprevedu aċċess differenzjat jew limitat għall-informazzjoni għall-membri tas-sħubija; |
(b) | jiddeskrivu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet għas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni; |
(c) | jidentifikaw il-valutazzjonijiet tar-riskju li l-entità marbuta b’obbligu ser tqis biex tiddetermina sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla li fihom tista’ tiġi kondiviża informazzjoni. |
Il-politiki u l-proċeduri interni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitfasslu qabel il-parteċipazzjoni fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.
7. Meta l-awtoritajiet superviżorji jqisu dan neċessarju, l-entitajiet marbutin b’obbligu li jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jikkummissjonaw awditu indipendenti tal-funzjonament ta’ dik is-sħubija u għandhom jikkondividu r-riżultati mal-awtoritajiet superviżorji.