1. Persuni li jinnegozjaw f’oġġetti ta’ valur għoli għandhom jirrapportaw lill-FIU it-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu l-bejgħ ta’ oġġetti ta’ valur għoli li ġejjin meta dawk l-oġġetti jiġu akkwistati għal skopijiet mhux kummerċjali:
(a) | vetturi bil-mutur għal prezz ta’ mill-inqas EUR 250 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali; |
(b) | inġenji tal-ilma għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali; |
(c) | inġenji tal-ajru għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali. |
2. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu servizzi fir-rigward tax-xiri jew it-trasferiment tas-sjieda tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw ukoll lill-FIU it-tranżazzjonijiet kollha li jwettqu għall-klijenti tagħhom fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti.
3. Ir-rapportar skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jsir fil-perjodi ta’ żmien l-iskadenzi imposti mill-FIU.