1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal
ksur
tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom, sal-10 ta’ Jannar 2025, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli dwar penali flimkien mal-bażi ġuridika tagħhom u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
2. Sal-10 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi:
(a) | il-kategoriji ta’ ksur li huma soġġetti għal penali u l-persuni responsabbli għal tali ksur; |
(b) | indikaturi għall-klassifikazzjoni tal-livell ta’ gravità tal-ksur li huwa soġġett għal penali; |
(c) | il-kriterji li għandhom jitqiesu meta jiġi stabbilit il-livell tal-penali. |
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina regolarment l-att delegat imsemmi fl-ewwwl subparagrafu biex tiżgura li tidentifika l-kategoriji rilevanti ta’ ksur u li l-penali relatati jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati.