1. L-entitajiet ġuridiċi maġluqa barra mill-Unjoni u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li għandhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili li huma amministrati barra mill-Unjoni jew li jirrisjedu jew huma stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont l-Artikolu 62 lir-reġistru ċentrali tal-Istat Membru meta:
(a) | jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu |
(b) | jakkwistaw proprjetà immobbli fl-Unjoni, direttament jew permezz ta’ intermedjarji; |
(c) | jakkwistaw, direttament jew permezz ta’ intermedjarji, kwalunkwe wieħed mill-oġġetti li ġejjin minn persuni li jinnegozjaw kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punti (3), (f) u (j), fil-kuntest ta’ tranżazzjoni okkażjonali:
|
(d) | jingħataw kuntratt pubbliku għal prodotti jew servizzi, jew konċessjonijiet minn awtorità kontraenti fl-Unjoni; |
2. B’ deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), fejn l-entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu, huma għandhom jippreżentaw biss l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom lir-reġistru ċentrali meta:
(a) | jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu li tkun assoċjata ma’ riskji medji-għoljin jew għoljin ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu skont il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jew il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat imsemmija fl-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640; jew |
(b) | il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jew il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tidentifika li l-kategorija ta’ entità ġuridika jew is-settur li fih topera l-entità ġuridika imaħluqa barra mill-Unjoni hija assoċjata, fejn rilevanti, ma’ riskji medji-għoljin jew għoljin ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. |
3. L-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tistabbilixxi fir-rigward ta’ liema minn dawk l-attivitajiet tiġi ppreżentata l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe dokument rilevanti, u għandha tiġi ppreżentata:
(a) | għall-każijiet imsemmija fil- fil-paragrafu 1, il-punt (a) qabel il-bidu tar-relazzjoni tan-negozju; |
(b) | għall-każijiet imsemmija fil fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), qabel ma jitlesta x-xiri; |
(c) | għall-każijiet imsemmija fil- fil-paragrafu 1, il-punt (d) qabel l-iffirmar tal-kuntratt. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jinfurmaw lill-entitajiet ġuridiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u jirrikjedu ċertifikat ta’ prova tar-reġistrazzjoni jew silta mill-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmuma fir-reġistru ċentrali biex jipproċedu bir-relazzjoni tan-negozju jew bit-tranżazzjoni okkażjonali.
5. Fil-każijiet koperti mill-paragrafu 1, l-entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li għandhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili li huma amministrati barra mill-Unjoni jew li jirrisjedu jew huma stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jirrapportaw kwalunkwe bidla fl-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ppreżentata lir-reġistru ċentrali skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ, fi żmien 28 jum kalendarju minnha.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal:
(a) | il-każijiet imsemmija fil- paragrafu 1, il-punt(a), għad-durata sħiħa tar-relazzjoni tan-negozju mal-entità marbuta b’obbligu; |
(b) | il-każijiet imsemmija fil- paragrafu 1, il-punt (b), sakemm l-entità ġuridika jew l-arranġament ġuridikujkunu s-sid tal-proprjetà immobbli; |
(c) | il-każijiet imsemmija fil– paragrafu 1, il-punt (c), għall-perjodu bejn il-preżentazzjoni inizjali tal-informazzjoni lir-reġistru ċentrali u t-tlestija tax-xiri; |
(d) | il-każijiet imsemmija fil- paragrafu 1 il-punt(d), għad-durata sħiħa tal-kuntratt. |
6. Meta l-entità ġuridika, it-trustee tat-trust espress jew il-persuna li għandha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu1 fi Stati Membri differenti, ċertifikat ta’ prova tar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’reġistru ċentrali miżmum minn Stat Membru wieħed għandu jitqies bħala prova suffiċjenti tar-reġistrazzjoni.
7. Meta, fl-10 ta’ Lulju 2027, entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni jew arranġamenti ġuridiċi amministrati barra mill-Unjoni jew li t-trustee tagħhom jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku similitirrisjedi jew tkun stabbilita barra mill-Unjoni. ikollhom is-sjieda, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ intermedjarji, ta’ proprjetà immobbli, l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ dawk l-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċigħandha tiġi ppreżentata lir-reġistru ċentrali u akkumpanjata b’ġustifikazzjoni għal dik is-sottomissjonisa sal-10 ta’ Jannar 2028.
Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal entitajiet ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi li jkunu akkwistaw proprjetà immobbli fl-Unjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi tar-riskju, li tapplika data aktar kmieni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.
8. L-Istati Membri jistgħu, abbażi tar-riskju, jestendu l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), għal relazzjonijiet tan-negozju ma’ entitajiet ġuridiċi barranin li jkunu jeżistu fl-10 ta’ Lulju 2027 u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.