L-azzjonisti nominati u d-diretturi nominati ta’ entità ġuridika għandhom iżommu informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata dwar l-identità tan-nominatur tagħhom u tas-sidien benefiċjarji tan-nominatur u għandhom jiddivulgawha, flimkien mal-istatus tagħhom, lill-entità ġuridika. Entitajiet ġuridiċi għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni lir-reġistru ċentrali .
Entitajiet ġuridiċi għandhom jirrapportaw ukoll l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu lill-entitajiet marbutin b’obbligu meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu qegħdin japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu III.