Artikolu 64 – Obbligi tat-trustees

1.   Fil-każ ta’ kwalunkwe arranġament ġuridiku amministrat fi Stat Membru jew li trustee jew il-persuna li għandha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili tirrisjedi jew huja stabbilita jew fi Stat Membru, it-trustees u l-persuni li għandhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili għandhom jiksbu u jżommu l-informazzjoni li ġejja rigward l-arranġament ġuridiku:

(a)

informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku;

(b)

informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja kif previst skont l-Artikolu 62;

(c)

meta l-entitajiet ġuridiċi jew l-arranġamenti ġuridiċi jkunu partijiet għall-arranġament ġuridiku, informazzjoni bażika u dwar is-sjieda benefiċjarja dwar dawk l-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċi;

(d)

informazzjoni dwar kwalunkwe aġent awtorizzat li jaġixxi f’isem l-arranġament ġuridiku jew li jieħu kwalunkwe azzjoni fir-rigward tiegħu, u dwar l-entitajiet marbutin b’obbligu li magħhom it-trustee jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili tidħol f’relazzjoni tan-negozju f’isem l-arranġament ġuridiku.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinżamm għal ħames snin wara li l-involviment tat-trustee jew tal-persuna li għandha kariga ekwivalenti mat-trust espress jew arranġament ġuridiku simili ma jibqax jeżisti.

2.   It-trustee jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili għandha tikseb u tirrapporta lir-reġistru ċentrali l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u l-informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku mingħajr dewmien żejjed wara l-istabbiliment tat-trust espress jew l-arranġament ġuridiku simili u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 28 jum kalendarju minn tali stabbiliment. It-trustee jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili għandha tiżgura illi kwalunkwe bidla tas-sjieda benefiċjarja jew tal-informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku hija rrapurtata lir-reġistru ċentrali, mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju minn tali bidla.

It-trustee jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili għandha tivverifika regolarment li l-informazzjoni li jkollhom fuq l-arranġament ġuridiku skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, tiġi aġġornata. Tali verifika għandha titwettaq mill-inqas darba fis-sena, kemm bħala proċess awtonomu kif ukoll bħala parti minn proċessi perjodiċi oħra.

3.   It-trustees jew il-persuni li għandhom pożizzjoni ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiddivulgaw l-istatus tagħhom u jipprovdu l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji u dwar l-assi tal-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi li qed jiġu amministrati fil-kuntest ta’ relazzjoni tan-negozju jew tranżazzjoni okkażjonali lill-entitajiet marbutin b’obbligu meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu qed japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu III.

4.   Is-sidien benefiċjarji ta’ arranġamenti ġuridiċi li mhumiex it-trustees jew il-persuni li għandhom kariga ekwivalenti, l-aġenti tiegħu u l-entitajiet marbutin b’obbligu li jieħdu ħsieb l-arranġament ġuridiku, kif ukoll kwalunkwe persuna u, fil-każ ta’ arranġamenti ġuridiċi, it-trustees tagħhom, li huma parti mill-istruttura struttura b’diversi livelli ta kontroll tal-arranġament ġuridiku,għandhom jipprovdu lit-trustees jew lill-persuni li għandhom kariga ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex it-trustees jew il-persuni li għandhom kariga ekwivalenti tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

5.   It-trustees ta’ trust espress u l-persuni li jkollhom kariga ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili għandhom jagħmlu l-informazzjoni miġbura skont dan l-Artikolu disponibbli, fuq talba u mingħajr dewmien, għall-awtoritajiet kompetenti.

6.   Fil-każ ta’ arranġament ġuridiku li l-partijiet tiegħu huma entitajiet ġuridiċi, fejn, wara li jkunu ġew eżawriti l-mezzi ta’ identifikazzjoni kollha possibbli skont l-Artikoli 51 sa 57 l-ebda persuna ma tiġi identifikata bħala s-sid benefiċjarju ta’ dawk l-entitajiet ġuridiċi, jew meta jkun hemm inċertezza sostanzjali u ġustifikata li l-persuni identifikati jkunu s-sidien benefiċjarji, it-trustees ta’ trusts espressi jew persuni f’kariga ekwivalenti f’arranġamenti ġuridiċi simili għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħudin sabiex jidentifikaw is-sidien benefiċjarji tagħhom.

7.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, meta tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’konformità mal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, it-trustees ta’ trusts espressi jew persuni f’kariga ekwivalenti f’arranġamenti ġuridiċi simili għandhom jipprovdu dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni li ma hemm l-ebda sid benefiċjarju jew li s-sid(ien) benefiċjarju/i ma setgħux jiġu determinati, akkumpanjata minn ġustifikazzjoni dwar għaliex ma kienx possibbli li jiġi determinat is-sid benefiċjarju f’konformità mal-Artikoli 51 sa 57 ta’ dan ir-Regolament u x’jikkostitwixxi inċertezza dwar l-informazzjoni aċċertata;

(b)

id-dettalji dwar il-persuna/i fiżika/fiżiċi kollha li għandha/għandhom il-kariga ta’ uffiċjali maniġerjali superjuri fl-entità ġuridika li hija parti għall-arranġament ġuridiku ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 62(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament.

Scroll to Top