Artikolu 61 – Identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji tal-impriżi ta’ investiment kollettiv

B’deroga mill-Artikolu 51(1), l-ewwel paragrafu u l-Artikolu 58(1), , is-sidien benefiċjarji tal-impriżi ta’ investiment kollettiv għandhom ikunu l-persuni fiżiċi li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew aktar:

(a)

ikollhom direttament jew indirettament 25 % jew aktar tal-unitajiet miżmuma fl-impriża ta’ investiment kollettiv;

(b)

ikollhom il-kapaċità li jiddefinixxu jew jinfluwenzaw il-politika ta’ investiment tal-impriża ta’ investiment kollettiv;

(c)

jikkontrollaw l-attivitajiet tal-impriża ta’ investiment kollettiv permezz ta’ mezzi oħra.

Scroll to Top