Meta l-entitajiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 57 jew arranġamenti ġuridiċi jkollhom interess proprjetarju fl-entità korporattiva, kemm jekk individwalment jew b’mod kumulattiv, jew jikkontrollaw, direttament jew indirettament, l-entità korporattiva, permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ mezzi oħra, is-sidien benefiċjarju/i għandu/għandhom ikunu l-persuni fiżiċi li jkunu s-sidien benefiċjarji tal-entitajiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 57 jew tal-arranġamenti ġuridiċi.