Artikolu 54 – Koeżistenza ta’ interess proprjetarju u kontroll fl-istruttura tas-sjieda

Meta s-sjieda ta’ entitajiet korporattivi tkun permezz ta’ struttura ta’ sjieda b’diversi livelli, u f’katina waħda jew aktar ta’ dik l-istruttura l-interess proprjetarju u l-kontroll jikkoeżistu fir-rigward ta’ livelli differenti tal-katina, is-sidien benefiċjarji għandhom ikunu:

(a)

il-persuni fiżiċi li jikkontrollaw, direttament jew indirettament, permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ mezzi oħra, entitajiet ġuridiċi li għandhom interess proprjetarju dirett fl-entità korporattiva, kemm individwalment jew b’mod kumulattiv;

(b)

il-persuni fiżiċi li, individwalment jew b’mod kumulattiv, direttament jew indirettament, ikollhom interess proprjetarju fl-entità korporattiva li tikkontrolla, permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ mezzi oħra, l-entità korporattiva, direttament jew indirettament.

Scroll to Top