1. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu mingħu l-entità marbuta b’obbligu l-informazzjoni neċessarja kollha fuq il-miżuri dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1), , il-punti (a), (b) u (c), jew in-negozju li jkun qed jiġi introdott.
2. L-entitajiet marbutin b’obbligu li jiddependu fuq entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jiżguraw li l-entità marbuta b’obbligu li tkun qagħdet fuqha tipprovdi, fuq talba:
(a) | kopji tal-informazzjoni miġbura sabiex jiġi identifikat il-klijent; |
(b) | id-dokumenti ta’ sostenn kollha jew is-sorsi affidabbli ta’ informazzjoni li ntużaw sabiex tiġi vverifikata l-identità tal-klijent, u, fejn rilevanti, tas-sidien benefiċjarji tal-klijent jew tal-persuni li f’isimhom jaġixxi l-klijent, inkluż data miksuba permezz ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u servizzi ta’ trust rilevanti kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014; u |
(c) | kull informazzjoni miġbura dwar l-iskop u n-natura prevista tar-relazzjoni tan-negozju. |
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprovduta mill-entità marbuta b’obbligu li tkun saret dipendenza fuqha mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.
4. Il-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bil-miktub bejn l-entitajiet marbutin b’obbligu.
5. Meta l-entità marbuta b’obbligu tiddependi fuq entità marbuta b’obbligu li tkun parti mill-grupp tagħha, il-ftehim bil-miktub jista’ jiġi ssostitwit bi proċedura interna stabbilita fil-livell tal-grupp, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(3).