Artikolu 41 – Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar applikanti għal residenza bi skemi ta’ investiment

Minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20, fir-rigward ta’ klijenti li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-proċess li japplikaw għal drittijiet ta’ residenza fi Stat Membru bi skambju għal kwalunkwe tip ta’ investiment, inkluż trasferimenti, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività li tikkontribwixxi għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-istat, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom, bħala minimu, japplikaw miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta stabbilit fl-Artikolu 34(4), il-punti (a), (c), (e) u (f).

Scroll to Top