Artikolu 37 – Miżuri speċifiċi msaħħa ta’ diliġenza dovuta għar-relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

1.   B’deroga mill-Artikolu 36, fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-kriptoassi ma’ entità rispondenti mhux stabbilita fl-Unjoni u li tipprovdi servizzi simili, inkluż it-trasferimenti ta’ kriptoassi, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20, meta jidħlu f’relazzjoni tan-negozju, ikunu meħtieġa li:

(a)

jiddeterminaw jekk l-entità rispondenti hijiex liċenzjata jew irreġistrata;

(b)

jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar l-entità rispondenti sabiex jifhmu b’mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondent u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-entità u l-kwalità ta’ superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;

(c)

jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-entità rispondenti;

(d)

jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxi r-relazzjoni korrispondenti l-ġdida

(e)

jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull parti għar-relazzjoni korrispondenti;

(f)

fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet tal-kriptoassi, ikunu sodisfatti li l-entità rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u wettqet id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-entità korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti lill-entità korrispondenti, fuq talba.

Meta l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jiddeċiedu li jitterminaw relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera għal raġunijiet relatati mal-politikatal-AML/CFT, huma għandhom jiddokumentaw id-deċiżjoni tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għar-relazzjoni korrispondenti fuq bażi regolari jew meta jitfaċċaw riskji ġodda fir-rigward tal-entità rispondenti.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iqisu l-informazzjoni miġbura skont paragrafu 1 sabiex jiddeterminaw, fuq bażi sensittiva għar-riskju, il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu biex jittaffew ir-riskji assoċjati mal-entità rispondenti.

3.   Sal-10 ta’ Lulju 2027 l-AMLA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-kriterji u l-elementi li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iqisu għat-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri ta’ taffija tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi hekk kif jidentifikaw li l-entità rispondenti ma tkunx irreġistrata jew liċenzjata.

Scroll to Top