Għall-finijiet tal-Artikoli 29 u 31, il-Kummissjoni tista’ tagħżel minn fost il-kontromiżuri li ġejjin:
(a) | kontromiżuri li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw għal persuni u għal entitajiet ġuridiċi li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju għoli u, fejn rilevanti, pajjiżi oħrajn li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni li tikkonsisti f’dawn: (i) | l-applikazzjoni ta’ elementi addizzjonali ta’ diliġenza dovuta msaħħa; |
(ii) | l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ rapportar rilevanti msaħħa jew ta’ rapportar sistematiku ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji; |
(iii) | il-limitazzjoni tar-relazzjonijiet tan-negozju jew tat-tranżazzjonijiet ma’ persuni fiżiċi jew ma’ entitajiet ġuridiċi minn dawk il-pajjiżi terzi; |
|
(b) | kontromiżuri li l-Istati Membri għandhom japplikaw fir-rigward ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli u, fejn rilevanti, pajjiżi oħrajn li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni li tikkonsisti f’dawn: (i) | ir-rifjut tal-istabbiliment ta’ sussidjarji jew ta’ fergħat jew ta’ uffiċċji rappreżentattivi ta’ entitajiet marbutin b’obbligu mill-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-entità marbuta b’obbligu rilevanti hija minn pajjiż terz li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati; |
(ii) | il-projbizzjoni ta’ entitajiet marbutin b’obbligu milli jistabbilixxu fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi fil-pajjiż terz ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-fergħa jew l-uffiċċju rappreżentattiv rilevanti jkun f’pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati; |
(iii) | il-ħtieġa ta’ eżaminazzjoni superviżorja miżjuda jew ta’ rekwiżiti tal-awditjar estern miżjudin għal fergħat u għal sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu li jinsabu fil-pajjiż terz ikkonċernat; |
(iv) | il-ħtieġa ta’ rekwiżiti aktar stretti tal-awditjar estern għal gruppi finanzjarji fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda mill-fergħat u mis-sussidjarji tagħhom li tinsab fil-pajjiż terz ikkonċernat; |
(v) | il-ħtieġa li istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji jirrieżaminaw u jemendaw, jew jekk neċessarju jitterminaw, relazzjonijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet rispondenti fil-pajjiż terz ikkonċernat. |
|