Artikolu 32 – Linji gwida dwar ir-riskji, ix-xejriet u l-metodi tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

1.   Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħtoġ linji gwida li jiddefinixxu r-riskji, ix-xejriet u l-metodi tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jinvolvu kwalunkwe żona ġeografika barra mill-Unjoni li għaliha jkunu skoperti l-entitajiet marbutin b’obbligu. L-AMLA għandha tqis, b’mod partikolari, il-fatturi ta’ riskju elenkati fl-Anness III. Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla, il-linji gwida għandhom jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jikkunsidraw li japplikaw sabiex jimmitigaw it-tali riskji.

2.   L-AMLA għandha tirrieżamina l-linji gwida msemmijin fil-paragrafu 1 tal-anqas kull sentejn.

3.   Meta toħroġ u tfassal il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1, l-AMLA għandha tieħu kont tal-evalwazzjonijiet, tal-valutazzjonijiet jew tar-rapporti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta’ dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

Scroll to Top