1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jidentifikaw pajjiżi terzi meta f’każijiet eċċezzjonali tqis li huwa indispensabbli biex ittaffi theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u l-funzjonament xieraq tas-suq intern li tirriżulta minn dawk il-pajjiżi terzi, u li ma jistgħux jittaffew skont l-Artikoli 29 u 30.
2. Il-Kummissjoni, meta tfassal l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1, għandha tqis b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin:
(a) | il-qafas legali u istituzzjonali AML/CFT tal-pajjiż terz, b’mod partikolari:
|
(b) | is-setgħat u l-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod xieraq, kif ukoll il-prattiki tal-pajjiż terz fir-rigward tal-kooperazzjoni u tal-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; |
(c) | l-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. |
3. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-livell ta’ theddida msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-AMLA tadotta opinjoni mmirata sabiex tivvaluta l-impatt speċifiku fuq l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni minħabba l-livell ta’ theddid ippreżentat minn pajjiż terz.
4. Meta l-AMLA tidentifika li pajjiż terz, għajr dawk identifikati skont l-Artikoli 29 u 30, jippreżenta theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, hija tista’ tindirizza opinjoni lill-Kummissjoni li tiddeskrivi t-theddida li tkun identifikat u għaliex temmen li jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika l-pajjiż terz skont il-paragrafu 1.
Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tidentifikax il-pajjiż terz imsemmi fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dan lill-AMLA.
5. Meta tfassal l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tal-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mħejjijin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.
6. Meta t-theddida speċifika u serja identifikata mill-pajjiż terz ikkonċernat twassal għal defiċjenza strateġika sinifikanti, għandu japplika l-Artikolu 29(4) u l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jidentifika kontromiżuri speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 29(5).
7. Meta t-theddida speċifika u serja identifikata mill-pajjiż terz ikkonċernat twassal għal dgħufija fil-konformità, l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika miżuri speċifiċi ta’ diliġenza dovuta msaħħa fost dawk elenkati fl-Artikolu 34(4), li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw biex itaffu r-riskji relatati ma’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet okkażjonali li jinvolvu persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn dak il-pajjiż terz.
8. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 fuq bażi regolari sabiex tiżgura li l-kontomiżuri msemmijin fil-paragrafu 6 u l-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa msemmija fil-paragrafu 7 iqisu l-bidliet fil-qafas AML/CFT tal-pajjiż terz u jkunu proporzjonati u adegwati għar-riskji.
9. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi skont dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jistabbilixxi, b’mod partikolari:
(a) | kif jiġu vvalutati l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2; |
(b) | il-proċess għall-interazzjoni mal-pajjiż terz li jkun qed jiġi vvalutat; |
(c) | il-proċess għall-involviment tal-Istati Membri u tal-AMLA fl-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li huma ta’ theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. |
L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).