Artikolu 27 – Miżuri temporanji għall-klijenti soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tan-NU

1.   Fir-rigward ta’ klijenti li huma soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tan-N U jew li huma kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tan-NU, jew li fihom persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet li huma soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tan-NU għandhom aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji jew interess maġġoritarju, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekords ta’:

(a)

il-fondi jew assi oħra li jimmaniġġaw għall-klijent fil-mument meta s-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU jsiru pubbliċi;

(b)

it-tranżazzjonijiet li jipprova jagħmel il-klijent;

(c)

it-tranżazzjonijiet imwettqa għall-klijent.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw dan l-Artikolu bejn il-mument li fih is-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU jiġu ppubblikati u l-mument tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati rilevanti fl-Unjoni.

Scroll to Top