Qabel ma tidħol f’relazzjoni tan-negozju jew twettaq tranżazzjoni okkażjonali, entità marbuta b’obbligu għandha tkun żgura li tifhem l-iskop u n-natura maħsuba tagħha. Għal dak l-għan, l-entità marbuta b’obbligu għandha tikseb, fejn meħtieġ, informazzjoni dwar:
(a) | l-iskop u r-raġunament ekonomiku tat-tranżazzjoni okkażjonali jew ir-relazzjoni tan-negozju; |
(b) | l-ammont stmat tal-attivitajiet previsti; |
(c) | is-sors tal-fondi; |
(d) | id-destinazzjoni tal-fondi. |
(e) | l-attività ta’ negozju jew l-okkupazzjoni tal-klijent. |
Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, l-entitajiet marbutin b’obbligu koperti mill-Artikolu 74 għandhom jiġbru informazzjoni sabiex jiddeterminaw jekk l-użu maħsub ta’ oġġetti ta’ valur għoli msemmija f’dak l-Artikolu huwiex għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.