1. Bl-eċċezzjoni ta’ każijiet ta’ riskju aktar baxx li għalihom japplikaw il-miżuri skont it-Taqsima 3 u irrispettivament mill-applikazzjoni ta’ miżuri addizzjonali f’każijiet ta’ riskju ogħla skont it-Taqsima 4, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja sabiex jidentifikaw il-klijent, kwalunkwe persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent, u l-persuna/i fiżika/fiżiċi li f’isimha/f’isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom qed titwettaq tranżazzjoni jew attività:
(a) | għal persuna fiżika:
|
(b) | għal entità ġuridika:
|
(c) | għal trustee ta’ trust espress jew għal persuna li jkollha pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridiku simili:
|
(d) | għal organizzazzjonijiet oħrajn li għandhom kapaċità legali skont il-liġi nazzjonali:
|
2. Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju ta’ entità ġuridika jew ta’ arranġament ġuridiku, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 62(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)
Fejn, wara li jkunu ġew eżawriti l-mezzi kollha possibbli ta’ identifikazzjoni, l-ebda persuna fiżika ma tiġi identifikata bħala s-sid benefiċjarju, jew fejn ikun hemm dubji li l-persuni identifikati huma s-sidien benefiċjarji, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekord li l-ebda sid benefiċjarju ma ġie identifikat u jidentifikaw il-persuni kollha fiżiċi li jkollhom il-pożizzjonijiet ta’ uffiċjali maniġerjali superjuri fl-entità korporattiva jew f’entità ġuridika oħra u għandhom jivverifikaw l-identità tagħhom.
Meta t-twettiq tal-verifika tal-identità msemmija fit-tieni subparagrafu jista’ jallerta lill-klijent li l-entità marbuta b’obbligu jkollha dubji dwar is-sjieda benefiċjarja tal- tal-entità ġuridika, l-entità marbuta b’obbligu għandha tastjeni milli tivverifika l-identità tal-uffiċjali maniġerjali superjuri, u minflok għandha tirreġistra l-passi meħuda biex tiġi aċċertata l-identità tas-sidien benefiċjarji u tal-uffiċjali maniġerjali superjuri. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħuda kif ukoll tad-diffikultajiet misjuba matul il-proċess ta’ identifikazzjoni, li wasslu għar-rikors għall-identifikazzjoni ta’ uffiċjal maniġerjali superjuri.
3. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiksbu informazzjoni biex jidentifikaw u jivverifikaw l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw kwalunkwe IBAN virtwali li joħorġu, u l-kont bankarju jew tal-ħlas assoċjat.
L-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-istituzzjoni finanzjarja li tipproċessa l-kont bankarju jew ta’ pagament li fih IBAN virtwali, maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja oħra, jidderiġi mill-ġdid il-pagamenti, għandha tiżgura li tkun tista’ tikseb mingħu l-istituzzjoni li toħroġ l-IBAN virtwali l-informazzjoni li tidentifika u tivverifika l-identità tal-persuna fiżika li tuża dak l-IBAN virtwali mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 5 ijiem tax-xogħol minn meta titlob dik l-informazzjoni.
4. Fil-każ ta’ benefiċjarji ta’ trusts jew ta’ entitajiet ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi simili li huma ddeżinjati skont karatteristiċi jew klassi partikolari, entità marbuta b’obbligu għandha tikseb biżżejjed informazzjoni dwar il-benefiċjarju sabiex tkun tista’ tistabbilixxi l-identità tal-benefiċjarju fi żmien l-iżborż jew fiż-żmien li l-benefiċjarju jeżerċita d-drittijiet vestiti lilu.
5. Fil-każ ta’ trusts diskrezzjonarji, entità marbuta b’obbligu għandha tikseb biżżejjed informazzjoni dwar l-oġġetti ta’ setgħa u riċevituri awtomatiċi sabiex tkun tista’ tistabbilixxi l-identità tal-benefiċjarju fil-mument tal-eżerċizzju mit-trustees tas-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħhom, jew fil-mument li r-riċevituri ta’ inadempjenza jsiru l-benefiċjarji minħabba n-nuqqas tat-trustees li jeżerċitaw is-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħhom.
6. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data meħtieġa għall-verifika tal-identità tal-klijent u ta’ kwalunkwe persuna li tidher li taġixxi f’ismu permezz ta’ waħda minn dawn iż-żewġ mezzi li ġejjin:
(a) | il-preżentazzjoni ta’ dokument tal-identità, tal-passaport jew tal-ekwivalenti u, meta rilevanti, l-akkwist ta’ informazzjoni minn sorsi affidabbli u indipendenti, kemm jekk aċċessata direttament kif ukoll jekk ipprovduta mill-klijent; |
(b) | l-użu ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-livelli ta’ assigurazzjoni “sostanzjali” u “għolja” u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati rilevanti kif jinsabu f’dak ir-Regolament. |
7. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw l-identità tas-sid benefiċjarju u, fejn rilevanti, il-persuna/i li f’isimha/isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom tkun qed titwettaq tranżazzjoni jew attività b’wieħed mill-modi li ġejjin:
(a) | f’konformità mal-paragrafu 6; |
(b) | billi jieħdu miżuri raġonevoli biex jiksbu l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data meħtieġa mill-klijent jew minn sorsi affidabbli oħra, inkluż reġistri pubbliċi għajr ir-reġistri ċentrali. |
L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiddeterminaw il-firxa tal-informazzjoni li għandha tiġi kkonsultata, filwaqt li jqisu r-riskji ppreżentati mit-tranżazzjoni jew mir-relazzjoni tan-negozju okkażjonali u mis-sid benefiċjarju, inkluż riskji marbuta mal-istruttura tas-sjieda.
Minbarra l-mezzi ta’ verifika stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji billi jikkonsultaw ir-reġistri ċentrali.