1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “ħasil tal-flus” tfisser l-imġiba stabbilita fl-Artikolu 3, paragrafi 1 u 5, tad-Direttiva (UE) 2018/1673 inkluż l-għajnuna u l-assistenza, l-inċitament u t-tentattiv li titwettaq dik l-imġiba, kemm jekk l-attivitajiet li ġġeneraw il-proprjetà li tkun ser tiġi soġġetta għal ħasil ikunux twettqu fit-territorju ta’ Stat Membru jew f’dak ta’ pajjiż terz, l-għarfien, l-intenzjoni jew l-iskop meħtieġa bħala element ta’ dik l-imġiba jistgħu jiġu dedotti minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi; |
(2) | “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser l-imġiba stabbilita fl-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2017/541 inkluż l-għajnuna u l-assistenza, l-inċitament u t-tentattiv li titwettaq dik l-imġiba, kemm jekk titwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll jekk titwettaq f’dak ta’ pajjiż terz. L-għarfien, l-intenzjoni jew l-iskop meħtieġa bħala element ta’ dik l-imġiba jistgħu jiġu dedotti minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi; |
(3) | “attività kriminali” tfisser attività kriminali kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2018/1673, kif ukoll frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371, korruzzjoni passiva u attiva kif definita fl-Artikolu 4(2) u miżapproprjazzjoni kif definita fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, ta’ dik id-Direttiva; |
(4) | “fondi” jew “proprjetà” tfisser proprjetà kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (2) tad-Direttiva (UE) 2018/1673; |
(5) | “istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser:
|
(6) | “istituzzjoni finanzjarja” tfisser:
|
(7) | “kriptoass” tfisser kriptoass kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt |
(8) | “servizzi tal-kriptoassi” tfisser servizzi tal-kriptoassi kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114, bl-eċċezzjoni tal-għoti ta’ pariri dwar kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), punt (16)(h) ta’ dak ir-Regolament; |
(9) | “fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15) ta tar-Regolament (UE) 2023/1114 fejn iwettaq servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi |
(10) | “kumpanija azzjonarja ta’ attività finanzjarja mħallta” tfisser impriża, għajr kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, li ma tkunx is-sussidjarja ta’ impriża oħra, li s-sussidjarji tagħha jinkludu mill-inqas istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja waħda; |
(11) | “fornitur ta’ servizz ta’ trusts jew kumpaniji” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, permezz tan-negozju tagħha, tipprovdi xi wieħed mis-servizzi li ġejjin lil partijiet terzi:
|
(12) | “servizz tal-logħob tal-azzard” tfisser servizz li jinvolvi logħob ta’ flus f’logħob tal-azzard, inklużi dawk b’element ta’ ħila bħal lotteriji, logħob tal-każinò, logħob tal-poker u tranżazzjonijiet tal-imħatri li huma pprovduti f’post fiżiku jew bi kwalunkwe mezz mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi jew bi kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni, u fuq it-talba individwali ta’ min jirċievi s-servizzi; |
(13) | “kumpanija azzjonarja ta’ attività mhux finanzjarja mħallta” tfisser impriża, għajr kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, li ma tkunx is-sussidjarja ta’ impriża oħra, li s-sussidjarji tagħha jinkludu mill-inqas entità marbuta b’obbligu waħda kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt 3; |
(14) | “indirizz awtoospitat” tfisser indirizz awtoospitat kif definit fl-Artikolu 3, ol-punt (20) tar-Regolament (UE) 2023/1113; |
(15) | “fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2020/1503; |
(16) | “intermedjarju ta’ finanzjament kollettiv” tfisser impriża għajr fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv li n-negozju tagħha għandu jaqbel jew jiffaċilita t-tqabbil, permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet miftuħa għall-pubbliku jew għal għadd limitat ta’ finanzjaturi ta’:
|
(17) | “flus elettroniċi” tfisser flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Id-Direttiva 2009/110/KE (ĠU L 267), bl-esklużjoni ta’ valur monetarju kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva; |
(18) | “stabbiliment” tfisser it-twettiq attwali minn entità marbuta b’obbligu ta’ attività ekonomika koperta mill-Artikolu 3 fi Stat Membru jew pajjiż terz għajr il-pajjiż fejn l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun jinsab għal perjodu indefinit u permezz ta’ infrastruttura stabbli, inkluż:
|
(19) | “relazzjoni tan-negozju” tfisser relazzjoni ta’ negozju, professjonali jew kummerċjali marbuta mal-attivitajiet professjonali ta’ entità marbuta b’obbligu li hija stabbilita bejn entità marbuta b’obbligu u klijent, inkluż fin-nuqqas ta’ kuntratt bil-miktub u li hija mistennija li jkollha, fil-mument meta jiġi stabbilit il-kuntatt, jew li sussegwentement takkwista, element ta’ ripetizzjoni jew durata; |
(20) | “tranżazzjonijiet konnessi” tfisser żewġ tranżazzjonijiet jew aktar jew b’oriġini, destinazzjoni u skop identiċi jew simili, jew karatteristiċi rilevanti oħra, fuq perjodu speċifiku; |
(21) | “pajjiż terz” tfisser kwalunkwe ġuriżdizzjoni, stat indipendenti jew territorju awtonomu li ma jkunx parti mill-Unjoni u li jkollu l-leġiżlazzjoni dwar l-AML/CFT jew ir-reġim ta’ infurzar tiegħu stess; |
(22) | “relazzjoni korrispondenti” tfisser:
|
(23) | “istituzzjoni fantażma” tfisser:
|
(24) | “kont tal-kriptoassi” tfisser kont tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (19) tar-Regolament (UE) 2023/1113 |
(25) | “muniti li jżidu l-anonimità” tfisser kriptoassi li għandhom karatteristiċi inkorporati ddisinjati biex jagħmlu l-informazzjoni dwar it-trasferiment tal-kriptoassi anonima, b’mod sistematiku jew fakultattiv; |
(26) | “IBAN virtwali” tfisser identifikatur li jwassal biex il-pagamenti jiġu diretti mill-ġdid lejn kont tal-pagamenti identifikat minn IBAN differenti minn dak l-identifikatur; |
(27) | “Identifikatur ta’ Entità Ġuridika” tfisser kodiċi ta’ referenza alfanumeriku uniku bbażat fuq l-istandard ISO 17442 assenjat lil entità ġuridika; |
(28) | “sid benefiċjarju” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li fl-aħħar mill-aħħar tippossjedi jew tikkontrolla entità ġuridika jew trust espress jew arranġament ġuridiku simili; |
(29) | “trust espress” tfisser trust stabbilit intenzjonalment mis-settlor, inter vivos jew mal-mewt, normalment f’forma ta’ dokument bil-miktub, biex iqiegħed l-assi taħt il-kontroll ta’ fiduċjarju għall-benefiċċju ta’ benefiċjarju jew għal skop speċifiku; |
(30) | “oġġetti ta’ setgħa” tfisser il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew il-klassi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li fosthom it-trustees jistgħu jagħżlu l-benefiċjarji fi trusts diskrezzjonarji; |
(31) | “riċevitur awtomatiku” tfisser il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew il-klassi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma l-benefiċjarji ta’ trusts diskrezzjonarji jekk il-fiduċjarji jonqsu milli jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom; |
(32) | “arranġament ġuridiku” tfisser trust espress jew arranġament li jkollu struttura jew funzjoni simili għal trust espress, inklużi l-fiducie u ċerti tipi ta’ Treuhu u ta’ fideicomiso; |
(33) | “informazzjoni bażika” tfisser:
|
(34) | “persuna esposta politikament” tfisser persuna fiżika li hija fdata jew li ġiet fdata b’karigi pubbliċi prominenti
|
(35) | “membru tal-familja” tfisser:
|
(36) | “persuna magħrufa bħala assoċjata mill-qrib” tfisser:
|
(37) | “korp maniġerjali” tfisser korp jew korpi ta’ entità marbuta b’obbligu, li jinħatru f’konformità mad-dritt nazzjonali, li jkollhom is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità marbuta b’obbligu, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali, u jinkludu l-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-entità marbuta b’obbligu; fejn ma jeżisti l-ebda tali korp, il-persuna li effettivament tidderieġi n-negozju tal-entità marbuta b’obbligu; |
(38) | “korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni” tfisser il-korp maniġerjali responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-entità marbuta b’obbligu; |
(39) | “korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu” tfisser il-korp maniġerjali li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali; |
(40) | “maniġment superjuri” tfisser il-membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni, kif ukoll l-uffiċjali u l-impjegati b’għarfien suffiċjenti dwar l-iskopertura għar-riskju ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu tal-entità marbuta b’obbligu u b’anzjanità suffiċjenti sabiex jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iskopertura għar-riskju tagħha; |
(41) | “grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li jikkonsisti f’impriża omm, fis-sussidjarji tagħha, kif ukoll impriżi marbutin flimkien b’relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE; |
(42) | “impriża omm” tfisser:
|
(43) | “flus kontanti” tfisser flus kontanti kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punti (a)) tar-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ir-Regolament (UE) 2018/1672 (ĠU L 284); |
(44) | “awtorità kompetenti” tfisser:
|
(45) | “superviżur” tfisser il-korp fdat b’responsabbiltajiet immirati sabiex jiżguraw il-konformità mill-entitajiet marbutin b’obbligu mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-AMLA meta twettaq il-kompiti fdati lilha fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2024/1620; |
(46) | “awtorità superviżorja” tfisser superviżur li huwa korp pubbliku, jew l-awtorità pubblika li tissorvelja l-korpi awtoregolatorji fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, jew l-AMLA meta taġixxi bħala superviżur; |
(47) | “korp awtoregolatorju” tfisser korp li jirrappreżenta membri ta’ professjoni u li għandu rwol fir-regolamentazzjoni tagħhom, fit-twettiq ta’ ċerti funzjonijiet superviżorji jew ta’ monitoraġġ u fl-iżgurar tal-infurzar tar-regoli li jirrigwardawhom; |
(48) | “fondi jew assi oħra” tfisser kwalunkwe assi, inklużi, iżda mhux limitati għal, assi finanzjarji, riżorsi ekonomiċi, inkluż żejt u riżorsi naturali oħra, proprjetà ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, tkun kemm tkun akkwistata, u dokumenti legali jew strumenti fi kwalunkwe forma, inklużi elettroniċi jew diġitali, li juru titolu għal, jew interess fihom, tali fondi jew assi oħra, inklużi, iżda mhux limitati għal, krediti bankarji, travelers cheques, ċekkijiet bankarji, money orders, ishma, titoli, bonds, abbozzi, jew ittri ta’ kreditu, u kwalunkwe imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq jew valur li jakkumula minn jew iġġenerat minn tali fondi jew assi oħra, u kull assi ieħor li potenzjalment jista’ jintuża biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi; |
(49) | “sanzjonijiet finanzjarji mmirati” tfisser kemm l-iffriżar tal-assi kif ukoll il-projbizzjonijiet sabiex il-fondi jew assi oħrajn isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta’ persuni u ta’ entitajiet deżinjati skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati abbażi tal-Artikolu 29 TUE u tar-Regolamenti tal-Kunsill adottati abbażi tal-Artikolu 215 TFUE; |
(50) | “Sanzjonijiet finanzjari tan- NU” tfisser kemm iffriżar tal-assi kif ukoll projbizzjonijiet li fondi jew assi oħra jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta’ persuni jew entitajiet deżinjati jew elenkati skont:
|
(51) | “sanzjonijiet finanzjari tan-NU relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni” tfisser kemm iffriżar tal-assi kif ukoll projbizzjonijiet li fondi jew assi oħra jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta’ persuni jew entitajiet deżinjati jew elenkati skont:
|
(52) | “klabb tal-futbol professjonali” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika li tippossjedi jew timmaniġġja klabb tal-futbol li jkun ingħata liċenzja u tipparteċipa fil-kampjonat nazzjonali tal-futbol fi Stat Membru u li l-plejers u l-persunal tagħha jkunu ingaġġati kuntrattwalment u jiġu remunerati bi skambju għas-servizzi tagħhom; |
(53) | “aġent tal-futbol” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, bi ħlas, tipprovdi servizzi intermedjarji u tirrappreżenta plejers tal-futbol ew klabbs tal-futbol professjonali f’negozjati bil-ħsieb li tikkonkludi kuntratt għal plejer tal-futbol jew tirrappreżenta klabbs tal-futbol professjonali f’negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim għat-trasferiment ta’ plejer tal-futbol; |
(54) | “oġġetti ta’ valur għoli” tfisser oġġetti elenkati fl-Anness IV; |
(55) | “metalli u ħaġar prezzjużi” tfisser il-metalli u l-ħaġar elenkati fl-Anness V; |
(56) | “oġġett kulturali” tfisser oġġett elenkat fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) (ĠU L 39); |
(57) | “sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni” tfisser mekkaniżmu li jippermetti l-kondiviżjoni u l-ipproċessar ta’ informazzjoni bejn l-entitajiet marbutin b’obbligu u, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt 44(a), (b) u (c), għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fuq bażi transfruntiera, u irrispettivament mill-forma ta’ dik is-sħubija. |
2. L-ebda funzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (34), ma għandha tinftiehem li tkopri uffiċjali ta’ grad medju jew uffiċjali inferjuri.
3. Fejn ikun iġġustifikat mill-organizzazzjoni amministrattiva tagħhom u mir-riskju, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti aktar baxxi għall-ħatra tal-funzjonijiet pubbliċi prominenti li ġejjin:
a) | membri ta’ korpi governattivi ta’ partiti politiċi rappreżentati fil-livell reġjonali jew lokali, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (34)(a)(iii); |
b) | kapijiet ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (34)(a)(viii). |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-limiti aktar baxxi lill-Kummissjoni.
4. Fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punt (34)(a)(vii) ta’ dan l-Artikolu, fejn ikun iġġustifikat mill-organizzazzjoni amministrattiva tagħhom u mir-riskju, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti aktar baxxi għall-identifikazzjoni ta’ intrapriżi kkontrollati minn awtoritajiet reġjonali jew lokali minn dawk definiti. fl-Artikolu 3(3), (4), (6) u (7) tad-Direttiva 2013/34/UE.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-limiti aktar baxxi lill-Kummissjoni.
5. Fejn ikun iġġustifikat mill-istrutturi soċjali u kulturali tagħhom u mir-riskju, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ambitu usa’ għad-deżinjazzjoni ta’ aħwa bħala membri tal-familja ta’ persuni esposti politikament, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (35)(d).
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dak l-ambitu usa’ lill-Kummissjoni.