Meta persuna fiżika li taqa’ f’waħda mill-kategoriji elenkati fil-punt (3) tal-Artikolu 3 teżegwixxi l-attivitajiet professjonali bħala impjegat ta’ persuna ġuridika, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dik il-persuna ġuridika minflok għall-persuna fiżika.