1. Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Id-Direttiva (UE) 2019/193(ĠU L 305) għandha tapplika għar-rapportar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, u għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw tali ksur.
2. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jistabbilixxu kanali ta’ rapportar interni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/1937.
3. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika meta l-entità marbuta b’obbligu tkun persuna fiżika jew ġuridika li l-attivitajiet tagħha jitwettqu minn persuna fiżika waħda biss.